Mijiet ta’ artisti nisa jingħaqdu fi proġett kontra l-fastidju sesswali

Aktar minn 300 attriċi, kittieba u diretturi tal-films ta’ Hollywood ingħaqdu flimkien fi proġett biex jiġġieldu l-fastidju sesswali fl-industrija tal-films u fil-postijiet kollha tax-xogħol.
Dan il-proġett, li jismu Time’s Up, tħabbar fuq il-ġurnal New York Times.
L-istess riklam jiddeskrivi l-proġett bħala “sejħa magħquda għall-bidla min-nisa fl-industrija tad-divertiment għan-nisa kullimkien.”
Dawn in-nisa ngħaqdu flimkien f’din il-kampanja wara li għadd ta’ atturi nisa tkellmu fil-beraħ dwar il-fastidju sesswali li allegatament soffrew mill-Havrey Weinstein, producer popolari tal-films.
Fost il-mijiet ta’ nisa li qed jieħdu sehem f’din il-kampanja hemm Natalie Portman, Reese Witherspoon, Cate Blanchett, Eva Longoria u Emma Stone.
S’issa, dawn diġà rnexxielhom jiġbru aktar minn €10 miljun. Il-flus kollha li jinġabru se jkunu qed jintużaw biex kemm nisa, iżda anke rġiel vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol ikollhom sapport legali xieraq.
Il-proġett huma mmirat primarjament lejn dawk il-vittmi li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux iħallsu biex ikollhom sapport legali u jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.