Mijiet jipprotestaw f’Cologne wara l-vjolenza tal-massa

F’Cologne, fil-Ġermanja, mijiet niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-vjolenza tal-massa minn madwar 1,000 raġel fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena.
Xi wħud talbu azzjoni mill-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, li min-naħa tagħha kkundannat dak li seħħ u appellat biex isir dak kollu possibbli biex jinstabu l-ħatja.
Xhieda u Pulizija qalu li l-irġiel involuti kellhom dehra Għarbija jew mill-Afrika ta’ Fuq għalkemm mexxejja politiċi wissew biex in-nies ma jorbtux il-vjolenza mal-fenomenu tal-immigrazzjoni.