Mijiet jinqatlu fl-attakki Torok fis-Sirja

A child is seen in a vehicle with belongings as they flee, in Tel Abyad, Syria October 9, 2019. Picture taken October 9, 2019. REUTERS/Stringer

Mijiet ta’ persuni nqatlu fl-aggressjoni Torka kontra l-Kurdi fis-Sirja hekk kif l-attakki mill-armata Torka daħlu fit-tieni jum. Dawn l-attakki waslu biex eluf ta’ persuni jaħarbu miż-żona taħt attakk.

Dawn iċ-ċifri kienu kkonfermati mill-Forzi tad-Difiża Sirjana. Il-kumitat internazzjonali ta’ salvataġġ qal li 64,000 persuna ħarbu miż-żona.

Sadanittant il-Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Magħquda tlaqqa’ b’urġenza biex jiddiskuti is-sitwazzjoni. Kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar posizzjoni finali li tikkundanna l-aggressjoni Torka.