Mijiet jinġabru biex jaraw l-istatwa ta’ Ibrahimovic

Inkixfet statwa ġdida ddedikata lill-eks plejer ta’ Manchester United Zlatan Ibrahimovic. Din twaqqfet f’pajjiż twelidu, l-Iżvezja.

L-istruttura tal-bronż ġiet ikkummisjonata mill-FA Żvediża. L-istatwa nkixfet quddiem mijiet ta’ partitarji u segwaċi tal-istilla tal-futbol.  Ibrahimovic qal li tiġi minn liema pajjiż tiġi, tidher kif tidher, din l-istatwa tissimbolizza l-fatt li kollox hu possibbli.

Il-plejer li għandu 38 sena skurja 62 gowl f’116-il logħba li lagħab man-nazzjonal bejn l-2001 u l-2016. L-istatwa li għamilha l-artist Żvediż Peter Linde tiżen mal-500kg.

Ibrahimovic beda l-karriera tiegħu ġewwa Malmo qabel ma lagħab għal Ajax, Juventus, Inter Milan, Barcelona, AC Milan, Paris St-Germain u Manchester United.