Mijiet jikkjuwjaw biex jagħtu d-demm għall-vittmi tal-attakki

Hekk kif fl-Isptar George-Pompidou kienu qed jingħataw il-kura meħtieġa 60 vittma tal-attakki t’Pariġi, il-kju ta’ dawk li marru biex jagħtu d-demm fl-Isptar żdied għall-mijiet sa siegħa biss wara li fetaħ.
Aurélie Moine ta’ 23 sena kienet waħda minn dawk preżenti, li ma’ gazzetta Ingliża qalet li dawk il-postijiet fejn saru l-attakki huma t-tip ta’ postijiet li tħobb tmur fihom hi u li meta rat x’ġara riedet tgħin b’kull mod possibbli.