“Mijiet jegħrqu għax vapur ieħor miżmum Malta” – SeaWatch

Read in English.

Iċ-Chairman tas-SeaWatch.org Johannes Bayer, NGO li tgħin lill-immigranti mill-għarqa qal li l-vapur tagħhom bl-isem ta’ Sea Watch jinsab maqbud fil-port f’Malta minħabba li l-awtoritajiet mhux qed iħalluh jitlaq.

Huwa qal li dan qed iseħħ waqt li mijiet ta’ immigranti qed iħabbtu wiċċhom mas-saram tat-tbaħħir u ħafna minnhom qed jitilfu ħajjithom b’mod traġiku.

Bayer spjega li meta għereq vapur qrib Lampedusa fl-2013 il-kapijiet ta’ stat tal-Unjoni Ewropea (UE) kollha offrew il-kondoljanzi tagħhom u fakkar li fl-aħħar jiem għerqu aktar minn 400 ruħ u minflok ma’ l-awtoritajiet jgħinu fis-salvataġġi meħtieġa, dawn qed itellfu l-ħidma ta’ dawn l-NGOs.

Il-kaptan tas-Sea Watch Pia Klemp, qalet li l-vapur huwa reġistrat kif suppost u jtajjar bandiera Olandiża u b’hekk ma hemmx bażi legali li tiġġustifika d-detenzjoni fil-port.