Mijiet jattendu l-Velja tal-Għid tal-Assunta f’Ta’ Pinu

Mijiet ta’ pellegrini Għawdxin u Maltin, ilbieraħ filgħaxija attendew għas-17-il edizzjoni tal-Velja tal-Għid tal-Assunta f’Għawdex.

Din il-Velja li ssir lejlet il-festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema saret fuq iz-zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-Quddiesa tal-Vġili kienet immexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech.