Mijiet iżuru l-festa taċ-ċitru fil-Palazz ta’ San Anton

Mijiet ta’ persuni dalgħodu approfittaw mit-temp sabiħ fil-gżejjer Maltin u żaru l-festa taċ-ċitru li ttellgħet fil-Palazz ta’ San Anton, f’Ħat Attard.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kienet sodisfatta ħafna bin-numru ta’ nies li żaru l-Palazz tal-President matul din il-ġurnata.
Il-pubbliku seta’ anke jixtri l-frott bnin li nqata’ mis-siġar li hemm f’dan il-ġnien, bil-flus li nġabru se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.