Mijiet irrapurtati nieqsa wara li għereq vapur fiċ-Ċina

Mijiet ta’ persuni għadhom irrapurtati nieqsa wara li cruise liner għereq b’450 persuna abbord. Il-każ seħħ fix-xmara Yangtze, fiċ-Ċina wara li l-bastiment spiċċa maqbud f’nofs maltempata.
Minkejja li għad hemm ħafna nies neqsin, s’issa l-aġenziji ta’ salvataġġ setgħu jikkonfermaw li hemm persuna waħda mejta.
Hu mifhum li fl-ebda ħin ma ħareġ sinjal għall-għajjut qabel l-għarqa.
Numru ta’ nies irnexxilhom isalvaw hekk kif qasmu lejn l-art bl-għawm.