Mijiet imutu kaġun ta’ deni b’emoraġġija fis-Sudan

Fis-Sudan fl-aħħar xhur mietu mijiet ta’ persuni kaġun ta’ deni b’emoraġġija.
Żvelat dan l-Aġenzija Fides li qalet li skont il-Ministru tas-Saħħa ta’ Darfur tal-Punent, f’din in-naħa tal-pajjiż hemm iktar minn 500 każ suspettat ta’ dan il-virus u mietu kważi 130 persuna.
Fil-kapitali tal-istat hemm iktar minn 400 każ ieħor waqt li f’inħawi oħra tas-Sudan mietu iktar minn 130 persuna.