Mijiet evakwati minn djarhom minħabba l-għargħar fl-Ingilterra

Għargħar u xita qalila ħakkmu n-Nofsinhar tal-Ingliterra.
Is-sajjetti, xita u silġ kienu kkawżaw problemi fit-toroq f’Sussex, Essex u Londra.
Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar kellhom jgħinu lin-nies li nqabbdu fil-karozzi tagħhom f’partijiet differenti f’Londra.
Katusi tad-drenaġġ faru bil-volum tal-ilma, filwaqt li kien hemm ukoll qtugħ tal-provista ta’ dawl li wassal għal konfużjoni fuq il-linji tal-ferroviji.
F’Thaxted, f’Essex, triq waqgħet filwaqt li numru ta’ djar għerqu fl-għargħar.