Miguel jirbaħ konkors fil-Latvja

F’temp ta’ sitt xhur, għat-tieni darba konsekuttiva, Miguel Bonello rebaħ il-Konkors Internazzjonali tal-kant ‘Riga Summer Symphony 2016’.
Huwa rebaħ ukoll il-premju magħruf bħala l-‘GRAND PRIX’ u ġie magħżul minn ġurija esperta biex is-sena d-dieħla jerġa’ jirrappreżenta lil Malta, din id-darba f’ ‘Star Flowers’ f’Minsk ġewwa l-Belarus.
Il-konkors sar il-belt kapitali tal-Latvija, Riga.
Il-festival Internazzjonali, kien maqsum fuq tlett ijiem bejn 21 u 23 ta’ Lulju, 2016.
Fliemkien ma’ Miguel ħadu sehem Emma Curmi, Martina Cutajar, Julia Camilleri u Anthea Bezzina.