Mignolet jaħsibha jitlaqx lil Liverpool

Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ stazzjon Ingliż, il-gowlkiper ta’ Liverpool żvela illi kien ferm viċin illi jitlaq lir-Reds ftit tal-ġimgħat ilu.
Meta d-diriġenti tat-tim minn Anfield Road saru jafu b’din l-istqarrija talbu laqgħa mal-gowlkiper Belġjan fejn daħal ukoll il-kowċ Jurgen Klopp ħalli jisma’ x’għandu xi jgħid. 
Mignolet sostna illi s-sitwazzjoni personali fit-tim mhux daqshekk ċerta u bħalissa qiegħed jevalwa sewwa kull possibilta’ li tiġih. 
Mignolet għandu 29 sena u ilu ma’ Liverpool ħames snin fejn fihom lagħab 155 partita.