Miġbura tmien vetturi abbandunati fl-2015

Matul is-sena li għaddiet, Transport Malta ġabret tmien vetturi abbandunati.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Il-vetturi kienu miġura minn tmien lokalitajiet differenti: San Pawl il-Baħar, l-Imsida, il-Marsa, iż-Żurrieq, Birkirkara, Ħal Qormi, Ħal Lija u Pembroke.