Miġbura €4,500 għad-Dar tal-Providenza

Inġabru €4,500 fl-ewwel edizzjoni tal-“Mixja, Qadfa, Ġirja li saret il-Ħadd li għadda b’risq id-Dar tal-Providenza.
B’kollox, 421 ruħ ħadu sehem f’din l-attività organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja, bl-appoġġ ta’ RTK4Charity.
Fil-mixja, li bdiet mill-pjazza tas-Siġġiewi, ħadu sehem il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, Ministri u membri tal-Parlament miż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll l-ex Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi.
Is-sewwieqa tar-roti telqu mill-pjazza tal-Katidral tal-Imdina waqt li dawk li ħadu sehem fil-ġirja telqu minn quddiem il-knisja parrokkjali taż-Żurrieq. It-tliet gruppi baqgħu sejrin fi triqthom lejn il-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fejn saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika.