Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-Malta Eurovision Young Musicians

Għal darb’oħra Malta se tkun qed tipparteċipa fil-Eurovision Young Musicians li se ssir f’Zagreb fil-Kroazja bejn il-15 u t-22 ta’ Ġunju.

Din se tkun ir-raba’ darba li Malta se tipparteċipa f’dan il-festival. Fl-2014 kellna lil Kurt Aquilina, fl-2016 lil Dmitry Ishkhanov u fl-2018 lil Bernice Sammut Attard.

Dawk li huma nteressati jridu jkunu jew Maltin jew ilhom jgħixu f’Malta għal dawn l-aħħar sentejn  u li jkunu mużiċisti li mhux jaħdmu b’mod professjonali f’dan il-qasam. L-età hija bejn it-12 u l-21 sena.

L-applikkazzjonijiet huma miftuħa sat-3 ta’ Marzu u jinkisbu mis-sit ta’ tvm.com.mt taħt is-sezzjoni Eurovision.