Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-eSkills for Jobs

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet tal-kompetizzjoni Ewropea għall-videos tal-eSkills for Jobs 2015, il-Fondazzjoni Maltija tal-eSkills bi pjaċir tħabbar li l-applikazzjonijiet għall-kompetizzjoni ta’ din is-sena issa jinsabu miftuħa. Din is-sena l-fokus tal-kompetizzjoni se jkun fuq il-logħob tal-videos, l-apps u l-ħiliet  diġitali fl-edukazzjoni.
L-ewwel kategorija, dik għal Talent Diġitali Żagħżugħ, hi maħsuba għaż-żgħażagħ, dawk ta’ bejn is-16 u l-25 sena li huma interessati fil-coding u fl-iżvilupp tal-video games. Din il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-membri kollha tal-Unjoni Ewropea u kull min għandu ħiliet diġitali tajbin, ideat kreattivi u l-motivazzjoni u x-xewqa kbira li jidħol f’din id-dinja eċċitanti u dinamika. Kulma hu meħtieġ hu li wieħed ikollu għarfien tajjeb tal-iScratch, il-lingwa popolari tal-ipprogrammar. L-iScratch hija lingwa tal-ipprogrammar li tagħmilha faċli li toħloq arti interattiva, stejjer, simulazzjonijiet u logħob waqt li taqsam dawn il-reazzjonijiet online.
It-tieni kategorija hi maħsuba għal dawk li jiżviluppaw il-videos u li għandhom ħiliet diġitali eċċezzjonali li essenzjalment ikopru lil dawk l-għalliema li jagħmlu użu eċċezzjonali mill-ICT fil-klassijiet. Din il-kategorija hi mmirata għal dawk l-għalliema li nkitbu fit-Tieni Fażi tal-MOOC of European Schoolnet Academy.  Dawk interessati jkunu jeħtieġu li jipproduċu video li juri lezzjoni li turi bl-aktar mod ċar l-aħjar sistema kif ikunu żviluppati l-ħiliet diġitali tal-istudenti.
It-tielet u l-aħħar kategorija hi maħsuba għal dawk li huma ftit akbar fl-età, dawk ta’ bejn it-18 u l-35 sena, u li għandhom interess kbir fil-coding u fl-iżvulupp tal-apps għall-mobile. Kull min għandu għarfien bażiku tal-coding flimkien ma’ kreattivitá u spirtu impreditorjali  li huma meħtieġa għall-ħolqien ta’ app jistgħu jieħdu sehem. Ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija jirbaħ borża ta’ studju fl-App Academy f’Amsterdam.
Is-sottomissjonjiet kollha jridu jinkludu l-logo tal-eSkills for Jobs 2015-2016.