Miftuħa għat-traffiku toroq f’Kiev li kienu ilhom magħluqa disa’ xhur

Is-Sindku ta’ Kiev fl-Ukraina ddeċieda li flimkien ma grupp ta’ volontiera jmur personalment u jneħħi t-tined li fadal wara d-dimostrazzjonijiet kbar li saru favur l-Unjoni Ewropea, disa' xhur ilu.
L-eks champion tad-dinja tal-boxing, Vitali Klitschko ddeċieda wkoll li jerġa’ jiftaħ mill-ġdida bosta mit-toroq għat-traffiku.
Fil-preżent, il-Gvern ġdid Ukren qed jissielet mas-separatisti Russi f’kunflitt li ilu għaddej minn April li għadda u fejn inqatlu aktar minn 1,500 persuna.