Mifsud implikat fi ndħil Russu fil-kampanja ta’ Trump ‘jista’ jkun mejjet’

Joseph Mifsud

Joseph Mifsud, l-eks diplomatiku Malti li jinsab maħrub u li qed jiġi allegat li kien il-ħolqa bejn il-Gvern Russu u l-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump, x’aktarx miet waqt li kienet għaddejjha it-tfittxija għalih.

Il-Washington Post qed jirrapporta li skont rapport fil-qorti federalii ta’ Manhattan, l-istat tal-professur Mifsud kien deskritt bħala ‘nieqes x’aktar mejjet’. Ir-rapport sar mill-avukati  tal-kumitat nazzjonali demokratiku Amerikan li ilhom numru ta’ xhur jippruvaw jittraċċaw lil Mifsud fit-tentattiv tagħhom li jħarkuh il-qorti wara li l-kompjuters tal-kumitat nazzjonali demokratiku Amerikan ġie ħekkjat minn ħakers li ffinanzjati mill-istat Russu.

Il-Professur Mifsud kien ftaħar bil-konnessjonijiet li kellu mar-Russja, fosthom pranzu fi grupp żgħir ma’ Putin innifsu.

Il-professur Malti qed ikun akkużat li tkellem dwar sigrieti jew li ta informazzjoni lir-Russi li setgħet ittebba’ lil Hilary Clinton waqt il-ġirja presidenzjali u li din intużat fil-kampanja favur Donald Trump.

Il-Kumitat Nazzjonali demokratiku Amerikan qal li ilu xhur jipprova jagħmel kuntatt ma’ Mifsud biex iservih bit-tħarrika iżda ma irnexxilu jintraċċah.

Mifsud deher l-aħħar f’Ottubru tas-sena l-oħra fil-kapitali Taljana Ruma.