Tmut Nadia Toffa ta’ Le Iene; kellha 40 sena

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-ġurnalista Taljana Nadia Toffa, fl-età ta’ 40 sena.

Toffa hi assoċjata mal-programm ferm popolari Le Iene. Kien proprju messaġġ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Le Iene fuq Facebook li ħabbar il-mewt tagħha u minnufih bdew deħlin messaġġi ta’ kondoljonazi u sogħba.

Il-preżentatriiċi tilfet il-ġlieda tagħha mal-kanċer.

AQRA: Ritratti: Personalitajiet Taljani jfakkru l-memorja ta’ Nadia Toffa

F’Mejju li għadda, hija ma setgħetx tipparteċipa fl-aħħar programm tal-istaġun minħabba li kienet għaddejja bit-trattamenti għall-kanċer.

Toffa kienet wriet kuraġġ u kienet ferm pożittiva minn mindu skopriet li kellha l-kanċer, wara li f’Diċembru tal-2017 ntilfet minn sensiha waqt li kienet f’lukanda fl-Italja.

F’Ġunju Toffa għalqet l-40 sena.

Ritratt: Facebook