Filmat: Mietet Lys Assia, ir-rebbieħa tal-ewwel Eurovision

Tħabbret il-mewt ta’ Lys Assia ir-rebbieħa tal-ewwel Eurovision Song Contest.
Kien fl-1956 li Assia rebħet il-festival bil-kanzunetta Refrain.
Assia baqgħat ikona marbuta mal-festival.
Fl-1957 u l-1958 reġgħet ħadet sehem fil-festival imma ma kisbitx l-ewwel postijiet.
Fl-2011 reġgħet provat b’kanzunetta oħra imma ma rnexxilhiex tikseb post mal-finalisti.
Kull sena kienet tkun fil-post fejn issir l-edizzjoni tal-Festival.
Kull sena kienet ukoll tipprova tħabbar min taħseb li se jirbaħ … xi ħaġa li rari rnexxielha taqta’.