Miet l-attur Peter Fonda; kellu 79 sena

Tħabbret il-mewt tal-attur u direttur Peter Fonda fl-etá ta’ 79 sena. Huwa jiġi wkoll iben l-attur Henry Fonda, kif ukoll ħu l-attriċi Jane Fonda. Huwa missier l-attriċi Bridget Fonda.

Easy Rider

Huwa kellu karriera ta’ aktar minn 50 sena fil-films iżda jibqa’ assoċjat ferm għall-parti li kellu fil-film Easy Rider, li din is-sena kellu l-50 anniversarju minn mindu ħareġ.

Ħadem f’għadd ta’ films oħra li jinklud The Limey. Ghost Rider, 3:10 to Yuma, u The Ballad of Lefty Brown.

Huwa kien ukoll nominat għall-Oscar għall-film Ulee’s Gold tal-1997.

Fonda dderieġa wkoll bosta films, fosthom The Hired Hand tal-1971.

Fl-1994 huwa ħareġ il-ktieb awto bijografiku Don’t Tell Dad, li kien jenfasizza fuq ir-relazzjoni pjuttost kumplessa li kellu ma’ missieru Henry.

Peter Fonda miet ilbieraħ, il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu, ibati minn problemi fin-nifs, kaġun ta’ kanċer fil-pulmun.