Miet l-attur Dango Nguyen ta’ The Walking Dead; kellu 48 sena

Ritratt: Facebook

Tħabbret il-mewt tal-attur Dango Nguyen li ħafna jafuh fit-tielet staġun tas-sensiela The Walking Dead. Huwa kellu 48 sena.

L-attur miet is-Sibt li għadda wara li tilef il-ġlieda mal-kanċer.

Għal aktar minn 20 sena, huwa kien ġellied tat-tifi tan-nar mal-Athens-Clarke County fire  fil-Georgia fl-Istati Uniti.

Hu kien telaq minn dan ix-xogħol biex ikun jista’ jsaħħaħ il-karriera tiegħu bħala attur.

Apparti li ħa sehem fit-tielet staġun ta’ The Walking Dead, Nguyen deher ukoll f’bosta sensiliet oħra bħal The Originals, MacGyver, The Gifted u Lodge 49.

Minkejja li kien telaq mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, l-eks sħabu wkoll sellmulu permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.

Ritratt: Facebook