Ftit sigħat ilu tħabbret il-mewt ta’ Georg Ratzinger, ħu l-Papa Emeritu, Benedittu XVI, li kellu 96 sena.
Mons. Georg Ratzinger, miet ftit ġranet wara li ħuh iż-żgħir żaru fir-residenza tiegħu, fil-Bavarja, il-Ġermanja.
Mons. Ratzinger twieled fil-15 ta’ Jannar 1924 u kien l-ewwel wild ta’ Joseph u Maria Ratzinger. Sa minn ċkunitu kellu talent mużikali, tgħallem idoqq il-vjolin u l-orgni.
Kien Maestro di Capella tal-Katidral ta’ Regensburg għal 30 sena bejn l-1964 u 1994.
Fid-29 ta’ Ġunju 2011 hu ċċelebra s-60 anniversarju mill-Ordinazzjoni tiegħu flimkien mal-Papa Emeritu li flimkien kienu ġew ordnati saċerdoti.