Miet Fidel Castro?

Fidel Castro ilu żmien twil ma jidher fil-pubbliku u dan in-nuqqas kompla saħħaħ ix-xniegħat li l-politiku Kuban seta’ miet. 
Il-ġurnal Spanjol f’Miami, Diario Las America dalgħodu qal li xi ħadd jaħdem fl-uffiċċju tal-gvern Kuban għarrfu li llum se jkun hemm konferenza tal-aħbarijiet u li għaliha mistennija jkunu mistiedna l-mezzi tax-xandir Kubani u dawk internazzjonali. 
Madanakollu, il-ġurnal qal li ma jafx dwar is-suġġett tal-konferenza. 
Ilbieraħ, 8 ta’ Jannar, Fidel Castro li għandu 88 sena, għalaq sena eżatt minn meta deher l-aħħar fil-pubbliku.  
Dehret ukoll stramba kif Castro ma tkellem xejn dwar l-aħbar li wara 50 sena, l-Istati Uniti se jerġgħu jibdew relazzjoni diplomatika ma’ Kuba.