Midja Ażerbajġana dubjuża dwar il-ftehim ta’ Malta mas-SOCAR

Read in English.

Rapport, midja indipendenti Ażerbajġana, Meydan TV, qajmet tliet mistoqsijiet ta’ tħassib dwar il-ftehim tal-enerġija bejn l-Ażerbajġan u Malta, u l-għażla minn Malta tas-SOCAR, il-kumpanija taż-żejt tal-Ażerbajġan 

Meydan TV sejjħet id-deċiżjoni li Malta tagħmel dan il-ftehim ma’ SOCAR bħala waħda dubjuża. 

Kif ħadmet l-iskema

Fl-2013, il-Gvern Malti  ħabbar sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ power station f’Malta, powerstation li kienet taħdem b’gass likwifikat’

L-offerta intrebħet minn Electrogas, konsorzju ta’ kumpaiji magħmula minn interessi Maltin, Siemens GmbH u mill-kumpanija Ażera Socar.

Imbagħad, fl-2015, Electrogas iffirmat mal-istess SOCAR kuntratt li jiswa aktar minn biljun ewro għall-provvista ta’ gass naturali likwifikat. Dan minbarra is-sehem ta’ terz tal-power Station.

Fl-2017, Malta, b’Konrad Mizzi bħala ministru tal-enerġija, bdiet tixtri l-gass bi prezzijiet ferm ogħla mill-prezzijiet tas-suq. Skont Meydan TV, SOCAR għamlet profitt ta’ $40 miljun.

Għalfejn prezz daqsekk ogħla?

L-ewwel mistoqsija kienet għaliex Malta ffirmat kuntratt għal prezz daqsekk eċċessiv, meta setgħet tixtrih direttament minn Shell u b’rati ferm orħos?

Rappreżentanti tal-Gvern kienu qalu lill-ġurnalisti li l-prezz tal-gass kien ogħla fiż-żmien tat-tranżazzjoni fl-2015, u mbagħad naqas drastikament. Għalhekk pajjiżi bħal Greċja u t-Turkija ħadu l-istess ftehim bi prezzijiet irħas.

Iżda fl-istess ħin, fil-ftehim mas-SOCAR, hemm indikat li l-prezz għandu jkun fiss, u ma jvarjax biż-żmien.

L-Ażerbajġan ma jipproduċix gass likwifikat

Il-gass jinġarr f’forma likwifikata. Iżda għalkemm l-Ażerbajġan għandu riżervi kbar ta’ żejt u gass, ma jipproduċix gass likwifikat. SOCAR, insista Meydan TV, m’għandu l-ebda esperjenza fil-manifattura jew il-kummerċ ta’ gass likwifikat. 

Għaliex imbagħad il-Gvern ta’ Malta għażel lil Socar?

Għaliex ma nħariġtx offerta pubblika?

Il-midja rraportat ukoll kif il-Gvern għal xi raġuni ma ħabbarx tender pubblika għall-provvista ta’ gass naturali likwifikat. Barra minn hekk, min dakinhar s’issa, ma ġietx ppubblikata l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u t-termini tal-kuntratt.