Midfun it-terrorist li wettaq l-attakk f’supermarket f’Pariġi

Amedy Coulibaly ta’ 32 sena, l-estremist Iżlamiku li wettaq l-attakk terroristiku f’supermarket f’Pariġi, indifen fis-sezzjoni tal-Musulmani f’ċimiterju ‘l barra mill-Kapitali Franċiża.
17-il persuna nqatlu fi tlett ijiem ta’ vjolenza f’Pariġi li bdew bl-attakk fuq l-uffiċċju tar-rivista Charlie Hebdo fis-7 ta’ Jannar li għadda.
Iż-żewġ estermisti l-oħra, l-aħwa Kouachi wkoll indifnu iżda l-post għadu mhux magħruf.