Midfielder ġdid għal Klopp

Wara d-diżappunt tal-finali f’Kiev, Liverpool għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti meta laħqu ftehim mal-midfielder Brażiljan Fabinho.
L-eks plejer ta’ Monaco u Real Madrid se jingħaqad uffiċjalment mal-finalisti tal-UEFA Champions League fl-1 ta’ Lulju għas-somma ta’ £44 miljun.
Il-plejer ta’ 24 sena se jieħu post Emre Can li mistenni jiffirma kuntratt ma’ Juventus fix-xhur li ġejjin.
Matul is-sajf l-għadda Paris Saint-Germain u Machester United kienu segwew lil Fabinho mill-viċin wara li għen lil Monaco jirbaħ il-kampjonat Franċiż.
Minkejja l-interess ta’ klabbs rinomati, u l-eżodu ta’ plejers bħal Kylian Mbappe, Tiémoué Bakayoko, Bernardo Silva u Benjamin Mendy, hu ddeċieda li jibqa’ ma’ Monaco anke għall-istaġun 2017-18.