​Midalja tal-Fidda fil-Fotografija Sportiva

Il-fotografu Malti Domenic Aquilina ġie mogħti l-Midalja tal-Fidda fil-kategorija Monochrome Sports, waqt it-23 edizzjoni fotografika tal-FOTOARTREUS Biennal Internacional de Fotografia de l’Esport f’Barċelona, taħt il-patroċinju tal-Federation Internationale de l’Art Photographique (FIAP).
Domenic Aquilina kien l-uniku parteċipant Malti fost il-137 awtur b’1537 ritratt minn 28 pajjiż differenti.
Ir-ritratt ta’ Aquilina juri lill-boxer Malti Steve Martin f’waħda mill-ġlidiet tiegħu f’Malta kontra l-Franċiż Jean Mooraiti fit-8 ta’ Frar 2014.
Ġew mogħtija b’kollox 28 premju fil-kategoriji Monochrome u Kulur.
Ir-ritratti magħżula se jkunu esibiti f’diversi esibizzjonijiet madwar Barċelona u riprodotti wkoll fuq katalogu speċjali tal-okkazjoni fix-xhur illi ġejjin.