Microsoft tixtri lil Nokia għas-somma ta’ €4.5 biljun

Microsoft u Nokia laħqu ftehim fejn il-kumpanija Amerikana se tixtri t-taqsima tal-produzzjoni tal-mowbajls tal-Fillandiżi, Nokia għas-somma ta’ €5.4 biljun.

Hekk kif din l-aħbar ġiet ikkonfermata, l-ishma ta’ Nokia żdiedu fil-valur b’45%.

Huwa mistenni li l-ftehim jiġi ffinalizzat fil-bidu tas-sena d-dieħla meta aktar minn 32,000 ħaddiem ma’ Nokia se jiġu trasferiti ma’ Microsoft.

Esperti qed isostnu li dan il-ftehim huwa ta’ benefiċċju għaż-żewġ kumpaniji għaliex filwaqt li Nokia rċeviet bosta kritika li waqgħet lura meta mqabbel mal-bejgħ ta’ Samsung u Apple, Microsoft kienu kkritikati li ma investewx biżżejjed f’dan is-settur.

Fil-preżent, Nokia huma it-tielet l-akbar esportaturi ta’ mowbajls fid-dinja wara s-sistemi Android u iOS.