Microsoft tinawgura ċentru tal-innovazzjoni fi Skyparks

Iċ-ċentru l-ġdid tal-kumpanija Microsoft fi Skyparks f’Ħal Luqa hu wieħed minn 110 li l-kumpanija għandha f’erbgħin pajjiż madwar id-dinja.

Waqt l-inawgurazzjoni, l-Prim Ministru Lawrence Gonzi sostna li dan iċ-ċentru se jkun qed jipprovdi aċċess għall-professjonisti fil-qasam tal-IT kif ukoll anke għajnuna lil diversi studenti universitarji.

Dr Gonzi sostna li l-istituzzjonijiet għolja tal-edukazzjoni għandhom irwol importanti hekk kif dawn huma l-uniċi istituzzjonijiet li joffru aspett holistiku fil-qasam tal-edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni.

Min-naħa tiegħu, l-kap tal-kumpanija Takuya Hirano sostna li l-kumpanija tittama li dan iċ-ċentru għal darb’oħra jikkonferma l-għan ewlieni ta’ Malta li tpoġġi fuq quddiem l-IT u l-entraprenditorjat.

Ritratti: DOI – Clifton Fenech