Microsoft iniedu verżjonijiet differenti tal-Windows 10

Microsoft nedew l-ewwel verżjonijiet tas-sistema operattiva Windows 10.
L-ewwel verżjonijiet li se jkunu disponibbli huma dawk tal-mowbajls, bil-Windows Phone 10 se jkun disponibbli fix-xahar id-dieħel.
Microsoft ħabbru li l-upgrade għal Windows Phone 10 u Windows 10 minn Windows 7, 8 u 8.1 se jkun bla ħlas għall-ewwel sena.
Tħabbret ukoll verżjoni bla ħlas tal-Office għal mowbajls u t-tablets, b’mod speċjali Word, Excel u Powerpoint.
Ingħataw dettalji fuq proġett ġdid tal-Microsoft bl-isem ta’ Project Spartan, li huwa browser ġdid iżjed veloċi li mistenni jieħu post l-Internet Explorer.
Dan il-browser se jkollu wkoll aċċess għal Cortana, li hija l-assistenta personali fuq il-mowbajls li fil-preżent jużaw Windows Phone 8.1.
Microsoft iridu li Windows 10 ma jkunx biss sistema operattiva bħall-verżjonijiet ta’ qabel imma sistema olistika simili għal dik ta’ Apple.