Mick Jagger jipprepara għall-ewwel tour tiegħu wara l-operazzjoni f’qalbu

Fl-aħħar sigħat il-kantant Mick Jagger ta l-ewwel intervista tiegħu wara li f’April għadda minn operazzjoni f’qalbu.

L-intervista saret mal-istazzjon 0107 ta’ Toronto u matulha l-kantant leġġendarju stqarr li jħossu tajjeb ħafna, tant li qed jipprepara għat-tour tar-Rolling Stones li se jibda fi ftit tal-ġranet oħra.

Filwaqt li stqarr li qabel imur għall-provi qed jagħmel ftit eżerċiżżji fil-gym minħabba f’saħħtu, hu kompla jitkellem dwar kif issa li qed jikber, iqatta’ madwar tlieta jew erba’ xhur jittourja filwaqt li l-kumplament qed jistrieħ.

Għal dan it-tour li se jibda fil-21 ta’ Ġunju, li ħafna qed iqisu bħala pjuttost kmieni wara l-problemi li kellu f’qalbu, Jagger, li għandu 75 sena, jgħid li dan huwa tour ftit differenti mis-soltu għax flimkien ma’ sħabu tar-Rolling Stones qed jagħżlu wkoll kanzunetti li ilhom ma jdoqqu.

Dan it-tour kellu jibda aktar qabel iżda ġie pospost minħabba l-problemi f’saħħet Jagger, li mill-ewwel kien irħilha għal fuq Twitter biex jitlob apoloġija mal-fans tiegħu li t-tour No Filter kellu jiġi pospost iżda wiegħed lil dawk kollha li keinu laħqu xtraw il-biljetti li ma kienx se jdum biex jerġa’ jkun fuq saqajh.

Id-dati kollha tat-tour No Filter tar-Rolling Stones huwa kif ġej:

Ġunju 21: Chicago, IL Soldier Field
Ġunju 25: Chicago, IL Soldier Field
Ġunju 29: Ontario, Canada Burl’s Creek
Lulju 3: Washington, DC FedEx Field
Lulju 7: Foxboro, MA Gillette Stadium
Lulju 14: New Orleans, LA Mercedes-Benz Superdome
Lulju 19: Jacksonville, FL TIAA Bank Field
Lulju 23: Philadelphia, PA Lincoln Financial Field
Lulju 27: Houston, TX NRG Stadium
Awwissu 1: East Rutherford, NJ MetLife Stadium
Awwissu 5: East Rutherford, NJ MetLife Stadium
Awwissu 10: Denver, CO Broncos Stadium at Mile High
Awwissu 14: Seattle, WA CenturyLink Field
Awwissu 18: Santa Clara, CA Levi’s®️ Stadium
Awwissu 22: Pasadena, CA The Rose Bowl
Awwissu 26: Glendale, AZ State Farm Stadium
Awwissu 31: Miami, FL Hard Rock Stadium