Miċħuda xniegħa li l-Papa Benedittu wasal fl-aħħar ta’ ħajtu

L-Arċisqof Georg Ganswein, is-Segretarju personali tal-Papa Emeritus Benedittu XVI, ċaħad rapporti li l-Papa Benedittu wasal fit-tmiem ta’ ħajtu.
 
Dawn ix-xniegħat xterdu fuq il-media soċjali li vvintaw kumment li attribwew lill-istess Ganswein li qal li “Papa Benedittu bħal xema li tintefa’ bil-mod. Hu siren u fil-paċi ma’ Alla, miegħu nnifsu u mad-dinja. Ma għadux jimxi mingħajr għajnuna u ma jistgħax jiċċelebra ‘l quddiesa”.
 
Madankollu, l-Arċisqof sejjaħ din il-kwotazzjoni bħala “invenzjoni pura”. Hi falza u żbaljata. “Nixtieq inkun naf min hu l-awtur tagħha”. Fl-aħħar jumejn irċivejt diversi messaġġi dwar din il-kwotazzjoni u n-nies huma nkwetati.
 
Il-ġimgħa li għaddiet ħu l-Papa Ratzinger, Georg li għandu 93 sena, kien għal żjara fil-Vatikan u għaddew ħafna ħin u ħadu gost flimkien. Papa Benedittu, f’April li għadda għalaq 90 sena u ċċelebra għeluq snin billi xorob birra u ħelu ma’ membri tal-familja u ħbieb f’ċerimonja żgħira.  Waqt din iċ-ċelebrazzjoni qal li għalkemm għex żminijiet diffiċli, Alla dejjem iggwidah. “Qalbi mimlija gratitudni għad-90 sena li Alla l-Imbierek silifni”, qal Papa Benedittu. “Kien hemm mumenti diffiċli imma Hu dejjem mexxieni u għeni nkompli fi triqti”.
 
Karl Steininger li kien preżenti għar-riċeviment f’egħluq snin il-Papa Benedittu qal li għalkemm il-Papa Emeritus jidher xi ftit fraġli, għanejh jibbru u kull darba li staqsa għal xi ħaġa jew xi ħadd staqsih xi ħaġa, jidher li kien hemm u jaf x’inhu jgħid.