Miċħuda x-xniegħat li l-Prinċep William se jkollu tewmin

It-tarbija tal-Prinċep William u d-Dukessa ta’ Cambridge, mistennija li titwieled f’Lulju li ġej.

Dan tħabbar minn rappreżentant tal-familja rjali, li ċaħad xniegħat li d-Dukessa għandha tewmin.

Ir-Reġina tar-Renju Unit assigurat ukoll li ma tagħmilx differenza jekk it-tarbija tkunx tifel jew tifla, wara li fil-passat kien hemm liġi li tagħti preferenza lill-eredi maskil fuq dak femminil.