​Miċħuda mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni

Il-Parlament m’approvax mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ikun irrevokat l-Avviż Legali Nru 243 tal-2017 dwar it-Twaqqif bħala Aġenzija tal-Istitut għall-Edukazzjoni.
B’35 vot kontra u 27 favur, il-mozzjoni mressqa mill-Kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia, kienet qed tisħaq li dan l-Istitut mhux se jkun awtonomu iżda estensjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Bl-Avviż Legali l-ġdid l-Istitut għall-Edukazzjoni kien immexxi minn bord awtonomu u indipendenti  magħmul mill-imsieħba kollha iżda llum se jkun taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni.