Miċħuda inibizzjoni tar-residenti kontra pompa tal-petrol fil-Magħtab

Inibizzjoni sottometta mir-residenti tal-Magħtab kontra l-awtorità tal-appjanar dwar applikazzjoni ta’ żvilupp għar-rilokazzjoni ta’ pompa tal-petrol fil-Magħtab kienet miċħuda.
Is-sit propost għall-pompa hu kbir 3,593 metru kwadru, f’forma triangolari u jagħmel parti mill-art ta’ Triq is-Salina u Trejqet l-Arznu fin-Naxxar, ħdejn it-Telgħa t’Alla w’Ommu.
Minkejja li l-awtorità tal-ippjanar għadha ma ħaditx id-deċiżjoni finali, l-uffiċjal tal-każ irrokkamanda li l-applikazzjoni tkun approvata, u dan skont ir-regoli l-ġodda dwar il-pompi tal-petrol. Din tippermetti r-rilokazzjoni ta’ faċilitajiet ta# dan it-tip f’siti rurali, ‘il barra miż-żoni ta’ żvilupp.
Residenti lmentaw li s-sit hu eżatt ħdejn numru ta’ djar u li pompa ta’ petrol tagħti bidu għal diversi kwistjonijiet ambjentali, fosthom żieda fit-traffiku, deterjorazzjoni tal-ambjent u tniġġiż bl-istorbju.
Il-kunsill lokali tan-Naxxar, li wkoll qed joġġezzjoni din l-applikazzjoni, qal li l-applikazzjoni tmur kontra l-pjan lokali tal-post.