Miċħuda għal darb’oħra t-talba għall-ħelsien mill-arrest lil Erin Tanti

Il-Qorti reġgħet ċaħdet għal darb’oħra it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Erin Tanti.
Huwa jinsab mixli bil-qtil ta’ Lisa Maria Zahra ta’ 15-il sena, li poġġa ħajjitha fil-periklu, li kellu relazzjoni sesswali magħha meta kienet taħt l-età u li ħa vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu ta’ għalliem.
Hekk kif it-talba għall-ħelsien ġiet miċħuda, Tanti se jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.
Erin Tanti, li għandu 23 sena ilu arrestat mit-3 ta’ April li għadda wara li kien tressaq il-Qorti b’rabta mal-każ li wassal għall-mewt ta’ Zahra fid-19 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet.
Kien l-Avukat Ġenerali li oġġezzjona għat-talba li saret mill-avukati ta’ Tanti minħabba l-biża li jista’ jaħrab.