Miċħuda applikazzjoni għall-binja ODZ qrib Ħondoq – il-Kunsill tal-Qala

Google Maps

Read in English.

Applikazzjoni għall-binja f’art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ) qrib il-bajja ta’ Ħondoq ġiet miċħuda, skont il-Kunsill Lokali tal-Qala.

Fuq Facebook il-Kunsill qal li jilqa’ dan ir-rifjut mill-Awtorità tal-Ippjanar “b’sodisfazzjon”.

“Din il-binja, li tinkludi ‘skylight’ u parapett, kienet proposta flok munzell ġebel. Kienet ukoll proposta biex tinbena f’żona li għadha fi stat naturali u li tidher anke minn Kemmuna. Wara repreżentazzjonijiet mis-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg, il-Kummissjoni tal-Ippjanar ma aċċettatx l-applikazzjoni peress li tmur kontra r-‘Rural Policy and Design Guidance’ li tfittex tipproteġi l-valuri tal-karattru, il-veduti u l-ekoloġija ta’ żoni rurali u s-‘Strategic plan for the environment and Development’ li taċċetta biss żvilupp li huwa leġittimu u neċessarju,” qal il-Kunsill.

Refusal of application for a tool shed near Hondoq / Rifjut ta' applikazzjoni ghall-tool shed qrib HondoqThe Qala…

Posted by Qala Local Council – Kunsill Lokali Qala on Tuesday, December 10, 2019