Miċħud protest ta’ tobba kontra l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku

Il-Qorti ċaħdet protest imressaq minn tmien tobba li talba reviżjoni ta’ deċiżjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Huma kienu qed isostnu li ressqu applikazzjoni biex jiġu aċċettati bħala trainee practitioners mal-Kummissjoni u kienu ġew aċċetatti f’din il-pożizzjoni minn Lulju tas-sena li għaddiet iżda l-Kummissjoni ddeċidiet li tbiddel id-deċiżjoni li ttieħdet.
It-tobba qalu li l-Kumissjoni abbużat mill-poteri tagħhom u riedu li l-Qorti tiddeċiedi li kellhom jingħataw ix-xogħol.
Għaldaqstant, il-Qorti rat li l-liġi tippermetti lill-Kummissjoni li tikkanċella applikazzjoni jekk ir-regolamenti ma jiġux osservati.
Fid-deċiżjoni ntqal li s-sejħa li għaliha applikaw it-tobba kienet ħażina u kellha ssir mill-ġdid.