Miċħud mandat ta’ inibizzjoni għar-rilokazzjoni tal-monti

Il-Qorti ma laqgħatx talba għal mandat ta’ inibizzjoni li ressqet l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-ħwienet fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.
L-Assoċjazzjoni, li hija magħmula minn 72 sid ta’ ħanut, talbet lil-Qorti biex twaqqaf lill-Ministru għall-Ekonomija mill-pjan tal-Gvern li jirriloka l-monti aktar ‘il fuq fi Triq il-Merkanti.
Għaldaqstant il-Qorti ddeċidiet li m’hemmx bażi biex din id-deċiżjoni titwaqqaf.
Il-ħsieb li l-bejjiegħa tal-monti jimxu fejn kienu jarmaw snin ilu waslet wara li twarrbet id-deċiżjoni li tal-monti jarmaw fi Triq l-Ordinanza mal-ġenb tal-bini tal-Parlament il-ġdid.
Il-Qorti qalet li konsulent tal-Ministeru kkonferma b’ġurament li d-deċiżjoni għadha ma tteħditx li l-konsultazzjoni tinsab għaddejja.