Michelle Obama se toħroġ album fuq stil rap

Il-First Lady tal-Istati Uniti Michelle Obama ħabbret li se toħrog album tal-mużika fuq stil rap bl-isem ta’ ‘Let’s Move’ bħala parti mill-kampanja kontra l-obeżità.

Id-19–il kanzunetta tal-album, se jkunu dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata u eżerċizzju fiżiku. 

Imma se jibqgħu ddiżżappuntati dawk li ħasbu li Michelle Obama se tkun waħda mill-kantanti ta’ dan l-album.  Dan għaliex leħen Michelle mhu se jinstema’ fl-ebda kanzunetta. 

Xogħolha se jkun biss li tippromwovi l-album u tara li jintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku.