Michelle Muscat tibda għawma speċjali

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, bdiet l-għawma annwali tagħha bil-għan li jinġabru l-flus għal għan nobbli.

L-għawma annwali tagħha, li din is-sena ngħatat l-isem ‘Rock to Rock’, hi twila 12-il kilometru u qed isir b’risq l-Ispecial Olympics.

Is-Sinjura Muscat din is-sena se tgħum mill-Qawra sal-bajja tal-Għadira. Fi tmiem tal-għawma se jsir Rock Concert fil-bajja tal-Għadira.

Permezz ta’ din l-attività se jibbenifikaw madwar 50 atleta tal-Ispecial Olympics li se jikkompetu f’Abu Dhabi f’Marzu li ġej.

Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jċempel fuq dawn in-numri:

€15 – 51702052
€25 – 51802053

jew permezz ta’ messaġġ bil-mowbajl għal donazzjoni ta’;

€11.65 – 50619238

Ritratti: Marigold Foundation, DOI

Heading to Ghadira Bay! 🏊 #rocktorock

Posted by The Marigold Foundation – Malta on Saturday, July 7, 2018

 

Heading to St. Paul's Islands! 🏊 #rocktorock

Posted by The Marigold Foundation – Malta on Saturday, July 7, 2018

Half way through! 💪🏊 #rocktorock

Posted by The Marigold Foundation – Malta on Saturday, July 7, 2018