Michelle Muscat taqsam minn Għawdex għal Malta bl-għawm għall-karità

Minkejja l-baħar imqalleb u li r-riħ qed ikompli jitqawwa, Michelle Muscat qasmet minn Għawdex għal Malta bl-għawm f'avveniment b'risq il-Fondazzjoni Marigold u t-tim Malti tal-iSpecial Olympics.
L-għawma bdiet mill-Qala għall-ħabta tas-2:30pm u mal-wasla tagħha f'Kemmuna Michelle Muscat ġiet akkumpanjata mill-atleti tal-iSpecial Olympics.
Michelle Muscat waslet iċ-Ċirkewwa ftit minuti qabel is-6pm. F'messaġġ fuq Twitter, Michelle Muscat dalgħodu qalet li tinsab ħerqana għal dan l-avveniment.
Donazzjonijiet b'risq il-Fondazzjoni Marigold qed jintlaqgħu fil-kont bankarju tal-BOV 40023325450 jew permezz tal-BOV Mobile fuq 79639556.