Michelle Muscat se terġa’ tgħum

Michelle Muscat, iċ-Chairperson ta’ Marigold Foundation, se terġa’ tgħum biex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni. Din is-sena l-isfida qed titella’ bħala s-sitt edizzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet fi Pretty Bay f’Birżebbuġa, Muscat ħeġġet lill-pubbliku biex jingħaqdu magħha f’din l-isfida li se ssir is-Sibt 11 ta’ Lulju. L-attività hija miftuħa wkoll għall-persuni bi problemi ta’ mobbiltà hekk kif l-organizzaturi se joffru floating wheelchairs matul il-ġurnata kollha. Il-post tat-tluq se jkunu fil-Marsa, il-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, l-isport Complex tal-Kottonera u ta’ Ħal Kirkop jew fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Għall-isfida ta’ swimathon fil-baħar id-donazzjoni se tkun ta’ €10 filwaqt li dawk li jridu jipparteċipaw fil-fun park tal-ilma d-donazzjoni hija ta’ €20.

L-Assoċjazzjoni tal-Isports tal-Ilma se tipparteċipa fis-swimathon bil-players kollha tal-waterpolo jgħumu fil-pool District5.