Michelle Muscat se terġa’ tagħmilha

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat mistennija terġa’ tgħumha għall-karità. Din hija r-raba’ edizzjoni tal-għawma annwali ta’ mart il-Prim Ministru u Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold b’risq l-iSpecial Olympics.

L-għawma ta’ 12-il kilometru se tibda mill-Qawra u mistennija tispiċċa fil-bajja tal-Għadira fejn qed jiġi organizzat kunċert ta’ mużika rock max-xtajta. L-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport għal familji b’Mard Rari appellat lill-pubbliku biex nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju jingħaqdu magħhom għal dan il-kunċert.

Il-pubbliku jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu fuq dawn in-numri:

  • 51702052 għal donazzjoni ta’ €15.00
  • 51802053 għal donazzjoni ta’ €25.00
  • SMS fuq 50619238 għal donazzjoni ta’ €11.65