​Michelle Muscat patruna tal-mard rari għall-ħames darba

Għall-ħames sena konsekuttiva, Michelle Muscat inħatret bħala l-patruna tal-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari.
Waqt ċerimonja fi Brussell, il-mara tal-Prim Ministru saħqet dwar l-importanza tal-ħidma mal-pazjenti li jintlaqtu minn mard rari. Fi gżira żgħira bħal Malta, qalet li persuna b’marda rari tista’ tispiċċa waħidha f’darha u ssibha diffiċli biex tingħata appoġġ mill-komunità.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Prinċipessa Astrid u l-Prinċipessa Ann de Ligne tal-Belġju kif ukoll l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi.
Bħalissa l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien dwar l-appoġġ għall-pazjenti b’mard rari.