“Michelle hi wisq ħoxna biex titkellem fuq l-obeżità”

Skont it-tabib Amerikan Keith Ablow, il-First Lady Amerikana Michelle Obama hi wisq ħoxna biex tkun il-persuna li titkellem dwar l-obeżità. 
Dr Ablow jifforma parti mill-programm Medical A-Team li jixxandar fuq l-istazzjon Fox. 
Skont it-tabib, Michelle Obama għandha bżonn tonqos ftit kilogrammi għax ma tistax titkellem fuq l-importanza ta’ dieta tajba għas-saħħa meta hi stess għandha piż żejjed.