Dalgħodu, il-Pulizija ħabbret li l-mara li kienet qed tissielet għal ħajjitha kawża ta’ inċident bil-mutur fis-17 ta’ Mejju mietet ilbieraħ. Aktar tard ħareġ li din il-mara hija Michelle Curmi, mill-Imtarfa.
Kienu diversi dawk li fuq Facebook kitbu li ma jistgħux jemmnu li Curmi kellha tmut hekk u ddeskrivewha bħala persuna ferriħija.
Hi kienet spiċċat fil-periklu tal-mewt wara li kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena mir-Rabat li kien involut f’ħabta. Il-ħabta seħħet ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar. Ir-raġel kien weġġa’ ħafif.