Michela tirbaħ il-ħames programm ta’ De Eurovisa

Jonathan Brincat

L-istazzjon Nazzjonali Finlandiż YLE bħalissa għaddej b’sensiela ta’ programmi dwa il-kanzunetti li qed jipparteċipaw fil-Eurovision ta’ din is-sena. S’issa saru ħames programmi u f’dak li xxandar ilbieraħ, il-kanzunetta rebbieħa kienet Chameleon li Michela Pace se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fit-tieni semifinali tal-Ħamis 16 ta’ Mejju.

Waqt De Eurovisa, it-tliet membri fil-panel jivvutaw minn punt sa għaxar punti l-kanzunetti li jkunu qed isegwu. Il-panel fl-edizzjoni tal-bieraħ kien magħmul mill-preżentaturi  Johan Lindroos u Eva Frantz u magħhom ingħaqad il-mistieden Maïmouna Jagne-Soreau.

Michela kisbet 26 mit-30 punt possibbli. Eżatt warajha b’25 punt ikklassifika Duncan Laurence li qed jipparteċipa bis-silta Arcade għall-Olanda. Huwa wieħed mill-ħames favoriti f’din l-edizzjoni li jirbaħ il-Eurovision.

Arenan

Ir-rebbieħa fil-programmi l-oħra kienu:

L-ewwel programm: Iżlanda – Hatari – Hatrið Mun Sigra

It-tieni programm: Estonja – Victor Crome – Storm

It-tielet programm: San Marino – Serhat – Say Na Na

Ir-raba’ programm: Żvezja – John Lundvik – Too Late For Love

Is-sitt u l-aħħar programm se jixxandar nhar id-9 ta’ Mejju.